MaltaRightNow.com sezzjoni: internazzjonali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Internazzjonali
L-ISTATI UNITI

Imut il-kitarrista Bob Welch – eks Fleetwood Mac

Joanna MIFSUD
8 ta' Ġunju, 2012  20:40 CET

Il-membri ta’ Fleetwood Mac u diversi artisti mid-Dinja tar-Rock esprimew niket għat-telfa ta’ Bob Welch, eks kitarrista mal-grupp, li nstab mejjet minn martu fid-dar tagħhom ġewwa Nashville, f’Tennessee.

Rapporti qalu li Welch, li anki kellu suċċess bħala kantant solista, uża arma tan-nar biex jikkommetti suwiċidju u bil-pulizija ssib ‘nota tal-aħħar’ miktuba minnu fir-residenza.

Welch ifforma parti minn Fleetwood Mac bejn l-1971 u l-1974 u telaq qabel il-grupp laħaq ħareġ l-album ‘Rumours’ (fl-1977), li jibqa’ fost l-akbar ‘Top Sellers’ ta’ kull zmien. 

Intant, huwa fforma l-grupp tar-Rock Paris u bl-ewwel album tiegħu bħala solista jkun ‘French Kiss’ li tela’ fil-kategorija ta’ Platinum bil- bejgħ konsistenti u li minnu ħarġu ż-żewġ singles klassiċi ‘Sentimental Lady’ u ‘Ebony Eyes’.

Fl-1994, Welch kellu d-diżgwid ma’ eks sħabu ta’ Fleetwood Mac li fittixhom fil-qorti għal royalties li ħass li kien dovut għalihom, iżda lbieraħ il-kantanta (u membru tal-grupp) Stevie Nicks fakkritu bħala ‘kitarrista mill-aqwa’ u bid-drummer Mick Fleetwood jinsisti li Welch kien ‘parti kbira mill-istorja tagħhom’.

Il-mewt ta’ Bob Welch, fl-età ta’ 66 sena, issegwi dik ta’ Bob Weston, eks kitarrista ieħor ma’ Fleetwood Mac, li kien seħħ proprju f’Jannar li għadda.


Bookmark Print page Email page
Imut il-kitarrista Bob Welch – eks Fleetwood Mac
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Jgħajjar lill-Mexxejja bħala 'inkompetenti'
Jipprova jixpruna n-negozjati għall-paċi
'Ma nċedu qatt quddiem it-terroriżmu' – Cameron
Oklahoma tagħmel il-kontijiet
L-ewwel każ tal-virus il-ġdid
Punti ewlenin
16:38 Sejħa għall-interess għal Casino f'Malta u ieħor f'Għawdex
14:48 Eddie Fenech Adami jaqleb għall-aħjar
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
14:18 Għada l-elezzjonijiet tal-Viċi kapijiet ġodda tal-PN
iktar aħbarijiet
17:04 Leo Brincat ma jieħux pożizzjoni favur jew kontra l-eko-kontribuzzjoni
16:38 Sejħa għall-interess għal Casino f'Malta u ieħor f'Għawdex
16:29 ''Insaħħu d-Drittijiet għall-Ugwaljanza'' - seminar ko-finanzjat mill-UE
15:05 Distributuri tal-gass mixlijin li iffrodaw lill-Gasco
15:05 Barrani mfittex fuq pedofelija jibqa’ miżmum taħt arrest
14:48 Eddie Fenech Adami jaqleb għall-aħjar
14:18 Għada l-elezzjonijiet tal-Viċi kapijiet ġodda tal-PN
13:27 Tnejn jiddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn l-Imrieħel u Ħal Qormi
12:28 Vittmi t'abbużi sesswali minn patrijiet jagħmlu talba għall-kumpens
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.