MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Il-privatizzazzjoni tal-Maltapost kienet suċċess

maltarightnow.com
30 ta' Mejju, 2012  17:32 CET

Il-mod kif il-Maltapost kienet privatizzata flimkien mal-istrateġiji li wettqet wara l-privatizzazzjoni għamlu din il-privatizzazjzoni mudell.

Privatizzazzjoni li dawret is-sitwazzjoni fil-posta Maltija minn waħda ta' telf għal waħda sostenibbli.

Dan sostnih il-Ministru tal-Infrastruttura, it-Trasport u l-Komunikazzjoni Austin Gatt meta ppresieda l-inawgurazzjoni ta' vettura tradizzjonali u unika li ġiet mibdula biex isservi bħala uffiċju mobbli tal-MaltaPost.

Fil-preżenza tal-uffiċjali tal-Maltapost, il-Ministru Gatt, li huwa responsabbli minn dan il-qasam, tkellem ukoll dwar is-servizzi ta' kwalita' li dejjem baqgħet toffri l-kumpanija Maltapost u spjega kif dan baqa' jsir minkejja l-kompetizzjoni kbira li l-posta qed tiffaċċja madwar id-dinja kollha minħabba t-teknoloġija tal-informazzjoni.

Il-MaltaPost, sostna l-Ministru Gatt, hi storja ta' suċċess b'riżultat tal-viżjoni li din għandha. Jirriżulta l-Maltapost timmaniġġja 124,000 oġġett postali kuljum.

L-uffiċju mobbli l-ġdid tal-Maltapost se jkun fi scammel tractor tal-1965 li kien restawrat għall-istat oriġinali tiegħu biex issa  dan se jkun qed idur fit-toroq Maltin joffri s-servizzi tal-posta madwar il-pajjiż.

Oriġinarjament dan l-iscammel kien ta' Simonds Farsons Cisk fil-perjodu meta fil-pajjiż kienu jintużaw dawn it-tip ta' vetturi għall-ġarr tal-merkazija.

Fil-ħidma ta' restawr, Manuel Cutajar, il-persuna li rrestawra l-iscammel żamm mal-istil oriġinali li kellha din il-vettura meta kienet tintuża fit-toroq Maltin u ħareġ il-karatteristiċi uniċi tagħha.

Kuntrarjament għall-faċilitajiet limitati li kellu meta beda jaħdem fl-1965, l-iscammel illum hu mgħammar bl-arja kundizzjonata, faċilitajiet li wieħed isib f'uffiċċju u faċilitajiet tal-internet.

Bookmark Print page Email page
Il-privatizzazzjoni tal-Maltapost kienet suċċess
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Illum hemm tmexxija ġdida fil-PN - Simon Busuttil
Qegħdin hawn biex nerġgħu niksbu r-rispett u l-fiduċja tan-nies - Mario de Marco
Eletti l-Viċi Kapijiet tal-PN
Mario de Marco u Beppe Fenech Adami eletti Viċi Kapijiet tal-PN
Mara ssofri ġrieħi gravi meta taqa' ġo bir
Punti ewlenin
23:46 Illum hemm tmexxija ġdida fil-PN - Simon Busuttil
23:28 Qegħdin hawn biex nerġgħu niksbu r-rispett u l-fiduċja tan-nies - Mario de Marco
21:16 Suldat Franċiż attakkat waqt ronda f'Pariġi
15:35 L-ewwel eliminatorja tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013
iktar aħbarijiet
23:46 Illum hemm tmexxija ġdida fil-PN - Simon Busuttil
23:28 Qegħdin hawn biex nerġgħu niksbu r-rispett u l-fiduċja tan-nies - Mario de Marco
22:49 Eletti l-Viċi Kapijiet tal-PN
21:16 Suldat Franċiż attakkat waqt ronda f'Pariġi
21:10 Mario de Marco u Beppe Fenech Adami eletti Viċi Kapijiet tal-PN
20:59 Mara ssofri ġrieħi gravi meta taqa' ġo bir
19:46 Tnaqqis fil-baġit għall-iskejjel
19:43 Siġġijiet itiru fl-Emerġenza
19:01 Nature Trust iddiżappuntata bil-MEPA
18:23 Deċiżjonijiet ħżiena mill-gvern se jdaħħlu lil Malta fl-Excessive Deficit Procedure
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.