MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Għawdex

Il-festival Seher il-Punent jidħol fis-sitt sena tiegħu

- bejn il-Ġimgħa 27 u l-Ħadd 29 t'April

maltarightnow.com
21 t' April, 2012  10:46 CET

Attivita kulturali li daħlet fis-sitt sena tagħha hi l-Festival Seher il-Punent organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Għarb, li din is-sena se jkun mifrux fuq tlett ijiem, bejn il-Ġimgħa 27 u l-Ħadd 29 t'April.

Il-festival se jkun imżewwaq b'diversi attivitajiet bl-ewwel waħda minnhom tkun ikla Tradizzjonali b'kant u żfin folkloristiku.

Se jkun hemm ukoll kunċert mużikali ippreżentat mis-Soċjeta' Mużikali Viżitazzjoni tal-Għarb li se jieħu n-nies lura fis-snin 70, 80 u 90 b'daqq ta' kanzunetti minn artisti leġġendarji ta' dawn iż-żminijiet fost oħrajn tal-ABBA, Queen, Michael Jackson, Whitney Houston, u Andrea Bocelli taħt id-direzzjoni tal-Maestro George Apap.

Barra minn hekk se jkun hemm ukoll festival tal-logħob tan-nar u produzzjoni tal-akbar ġbejna li għal darb'oħra ser tkun qed taqbeż il-piż tas-sena ta' qabel li kien dak ta' 77kg li minnu nnifsu diġa' kien rekord għall-ewwel sena fejn kien laħaq il-piż ta' 35kg. Se jkun hemm ukoll zoni b'animaturi u logħob għat-tfal.

Dan il-Festival qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru għall-Intern u l-Affarijiet Parlamentari, u l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu.

Dawn it-tlett ijiem qed jiġu organizzati għax l-għan tal-Kunsill Lokali tal-Għarb kien u jibqa' dejjem dak li jorganizza attivita' għall-familja kollha li b'mod partikolari sservi bħala attrazzjoni sabiex jiġu attirati viżitaturi lejn il-Gżira t'Għawdex – xi ħaġa li minnha jgawdi l-kummerċ kollu Għawdxi.

Bookmark Print page Email page
Il-festival Seher il-Punent jidħol fis-sitt sena tiegħu
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Dar ġdida għall-anzjani f'Għajnsielem
Kampanja u proġetti relatati man-National Nitrates Action Plan
Tfal mill-parroċċi ta' Għawdex jirċievu l-Griżma tal-Isqof minn idejn ħames Isqfijiet
Jinġabru €5,000 wara mixja u car wash f’Għawdex b’risq Puttinu Cares
Studenti Għawdxin itellgħu 'play' b'risq Puttinu Cares
Punti ewlenin
15:32 Aktar każi ta' Slapped Cheek Syndrome
12:14 Aktar ħatriet lil tal-qalba
12:49 Eddie Fenech Adami stabbli wara intervent mediku
13:01 Jitlef ħajtu għaddas f'Imġarr ix-Xini
iktar aħbarijiet
15:59 Jerġa' jirritorna Malta wara tmien snin maħrub
15:19 Raġel li qed jiġi akkużat b'omiċidju jmur sentejn ħabs fuq serq
13:54 Pulizija jammetti li ħa flus biex jaħfer ċitazzjonijiet
13:01 Jitlef ħajtu għaddas f'Imġarr ix-Xini
12:49 Eddie Fenech Adami stabbli wara intervent mediku
12:14 Aktar ħatriet lil tal-qalba
11:50 Aktar ingaġġi minn barra ċ-Ċivil
11:01 Il-PN: Muscat qasam ir-riga tal-meritokrazija f'elf biċċa
10:41 Eddie Fenech Adami jiddaħħal l-Isptar
21:32 Twissija ta' riefnu
Editorjal

Soċjetà li tkun taf tikkoreġi l-ħażin

Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.