MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Il-Papa Benedittu XVI jaħtar Isqof Malti ġdid


29 ta' Ġunju, 2012  12:59 CET

Joe Alessandro twieled f’Raħal Ġdid, fit-30 ta’ Novembru 1944. Huwa attenda l-iskola Primarja tar-Raħal Ġdid, u Lyceum tal-Ħamrun. Fl-24 ta’ Settembru 1944, huwa ngħaqad mal-Patrijiet Kapuċċini, Furjana u fit-30 ta’ Settembru 1962 huwa għamel l-Ewwel Wegħdiet tal-Ħajja.

Ikkonsagrata, filwaqt li erba snin wara, jiġifieri, fit-30 ta’ Jannar 1966 huwa għamel l-Aħħar Wegħdiet permezz tal-Professjoni Perpetwa. 

Sadanitant huwa beda l-istudju tal-Filosofija u tat-Teoloġija fil-kunvent tal-Kapuċċini tal-Kalkara u tal-Furjana, u wara kompla jistudja fl-INSERM. 

Fl-1969 huwa nbagħat Trento biex ikompli l-formazzjoni tiegħu. Hemm huwa kompla l-istudji tat-Teoloġija u ġie ordnat Djaknu fil-katidral ta’ Trento fl-20 ta’ Diċembru 1969. 

Sena wara, fil-5 ta’ April 1970, huwa ġie ordnat Presbiteru fl-istess Katidral ta’ Trento.

Mill-1970-1974 huwa kompla l-istudji tiegħu f’Ruma. Fl-ewwel tliet snin huwa kiseb Liċenzjat fit-Teoloġija Morali mill-Accademia Alfonsiana, u fis-sena ta’ wara huwa kiseb Diploma fil-Psikoloġija Pastorali mill-istess Università f’Ruma.

Lura Malta fl-1975 sa l-1979 huwa għallem ir-Reliġjon fl-iskola tal-Gvern il-Hamrun. Mill-1974 sal-1989 huwa kien lecturer fit-Teoloġija Morali fl-INSERM, filwaqt li fl-1981 sal-1983 huwa kien Head of Department tat-Teoloġija Morali fl-INSERM, sakemm fl-1983 sal-1989 u mill-ġdid mill-1996 sal-2002 huwa serva ta’ Rettur fl-istess INSERM. 

Huwa kien ukoll membru fil-Board Djoċesan taċ-ċensura tal-Films.

Bħala Patri fil-Provinċja tal-Kapuċċini Maltin, P. Joe Alessandro qegħda diversi ministeri. 

P. Joe Alessandro wettaq ukoll ħidma missjunarja fil-Kenja. Huwa mar jaħdem bħala missjunarju fil-Kustodja tal-Kenja bejn l-1989 sal-1993. Bejn l-1990 u l-1993 huwa ġie magħżul bħala wieħed mill-Kunsillieri tal-Kustodja tal-Kenja mmexxija mill-Patrijiet Kapuċċini Maltin, sakemm fl-1993 huwa ġie magħżul Superjur Regulari tal-istess Kustodja. 

Fit-18 ta’ Ottubru 1993 huwa ġie attakkat ma’ grupp ta’ missjunarji oħra waqt li kienu qed jivvjaġġaw. Fil-fatt huwa ġie ferut graviment u tħalla waħdu f’nofs ta’ triq mimli demm minħabba sparatura li laqtitu f’saqajh. Huwa għalhekk kellu jħalli l-ħidma missjunarja sabiex jirċievi l-kura meħtieġa u rritorna Malta fejn sadanitant qegħda diversi ministeri fil-Provinċja tal-Kapuċċini Maltin. Fl-2010 huwa rritorna fil-Viċi-Provinċja tal-Kenja. Sena wara, jiġifieri, fl-2011 huwa ġie maħtur Vigarju-Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Garissa. 

Fl-2012 huwa ġie magħżul ukoll bħala wieħed mill-Kunsillieri tal-Viċi-Provinċja tal-Kenja, sakemm fid-29 ta’ Ġunju 2012, il-Q.T. il-Papa Benedittu XVI għoġbu jagħżlu bħala Isqof  Ko-adjutur ta’ Garissa fil-Kenja. 


Bookmark Print page Email page
Il-Papa Benedittu XVI jaħtar Isqof Malti ġdid
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Twissija ta' riefnu
'Tomorrow' ta' Gianluca Bezzina tagħmel hit fl-Ingilterra!
"Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
"Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
"Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
Punti ewlenin
19:33 Probabilta' kbira li l-Kummissjoni Ewropea tiftaħ proċeduri kontra l-Gvern Malti
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
iktar aħbarijiet
21:32 Twissija ta' riefnu
21:24 'Tomorrow' ta' Gianluca Bezzina tagħmel hit fl-Ingilterra!
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
20:13 Oklahoma tagħmel il-kontijiet
20:11 L-ewwel każ tal-virus il-ġdid
20:09 Issaħħaħ is-sigurtà madwar l-ambaxxati
19:53 Iħejju għat-tmiem ta’ era
19:50 Maqtul raġel b’rabta mal-bombi ta’ Boston
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.