8 ta' Marzu, 2012
22:01 CET |
Il-Gvern Grieg jinsab maqbud f'taqtiegħa kontra l-ħin hekk kif il-Ħamis kien mistenni jagħlaq il-perjodu allokat biex jikkonvinċi lill-kredituri privati jaħfrulu iktar minn nofs id-dejn li għandu magħhom.
Waħda mill-kundizzjonijiet mogħtija lill-Greċja biex tingħata bailout ieħor kienet li l-kredituri privati jaħfru 53 tad-dejn tal-Gvern Grieg u minflok jingħataw bonds b'imgħax baxx. B"din il-mossa, il-Gvern Grieg mistenni jiffranka iktar minn mitt biljun ewro.
|