MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Divertiment
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Champions League
Sport Ieħor
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Aħbarijiet Lokali
Kaċċa fir-Rebbiegħa

Il-Kummissjoni Ewropea se tieħu lil Malta l-Qorti Ewropea

Il-każ tal-Fillandja jibdel ix-xenarju minn dak li kienet innegozjat Malta ħames snin ilu ... ebda multa fuq Malta


31 ta' Jannar, 2008  13:55 CET

Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tiftaħ kawża kontra Malta quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-Kaċċa għall-Gamiem u s-Summien fir-Rebbiegħa. Il-Kummissjoni se titlob ukoll lill-Qorti Ewropea biex l-istaġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa li jmiss ma jiftaħx. Id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Ewropea waqt laqgħa li saret il-bieraħ tħabbret fi Brussell il-lum.

Il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Ambjent Stavros Dimas qal li hu minnu li Malta kisbet deroga fin-negozjati għas-sħubija u li din id-deroga tħalli l-Kaċċa f'dan iż-żmien tas-sena. Madankollu, d-deroga tgħodd biss sakemm ma jkunx hemm żmien ieħor meta tista' ssir Kaċċa fuq l-istess għasafar. Iżda miċ-ċifri li rċeviet l-Unjoni Ewropea mingħand il-Federazzjoni tal-Kaċċaturi Maltin stess, jirriżulta li hemm żmien ieħor meta tista' ssir Kaċċa fuq il-Gamiem u s-Summien, u dan hu l-Ħarifa. Għaldaqstant id-deroga ma tgħoddx, qed tinsisti l-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea qed targumenta li dan ikompli jissaħħaħ bi żviluppi li kienu seħħew wara li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, meta f'kawża kontra l-Fillandja sentejn ilu l-Qorti Ewropea kienet qatgħetha li ma setgħetx issir Kaċċa fir-Rebbiegħa la din setgħet issir - anke jekk f'numri iżgħar - fil-Żarifa. Fil-fatt, il-Fillandja ċediet il-każ tagħha wara din id-deċizjoni tal-Qorti. Anke Ċipru ċeda wara li kien fetaħ l-istaġun tar-rebbiegħa s-sena l-oħra, u din is-sena Ċipru mhux se jiftaħ l-istaġun.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet ukoll li se titlob lill-Qorti Ewropea biex, sakemm tinqata' l-kawża, l-Qorti toħroġ mandat ta' inibizzjoni biex il-Gvern Malti - lanqas jekk irid - ma jkunx jista' jiftaħ l-istaġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa li ġejja. Il-Qorti Ewropea mistennija tiddeċiedi jekk il-Gvern Malti jiftaħx l-istaġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa qabel id-data tal-ftuħ ta' l-istaġun li jmiss, jiġifieri sa Marzu.

Fid-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni Ewropea għamlitha ċara li Malta m'hi se teħel ebda multa, anke jekk titlef il-kawża quddiem il-Qorti Ewropea. Multa jkun hemm biss jekk, wara li l-Qorti taqta' l-kawża, Malta ma tobdiex id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea.

Bookmark Print page Email page
Il-Kummissjoni Ewropea se tieħu lil Malta l-Qorti Ewropea
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Attivita' b'riżq il-Grupp Missjunarju Kull Bniedem Ħija
L-IĠM jikkundanna attakki personali fuq ġurnalisti
Mart it-tifel tal-President tinħatar Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali Laburista
Donazzjoni ta' 16,500 ewro lis-Salezjani ta' Don Bosco bħala għajnuna f'Haiti
Aġġornata
Mara ta' 74 sena fil-periklu tal-mewt wara li tittajjret f'Raħal Ġdid
`
Punti ewlenin
16:57 Tnax-il offerta għall-bini mill-ġdid tal-breakwater fil-Port il-Kbir
19:20 Mart it-tifel tal-President tinħatar Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali Laburista
18:30 Aġġornata
Mara ta' 74 sena fil-periklu tal-mewt wara li tittajjret f'Raħal Ġdid
18:29 L-abort u d-divorzju huma marbutin ma' xulxin
iktar aħbarijiet
19:59 Attivita' b'riżq il-Grupp Missjunarju Kull Bniedem Ħija
19:51 L-IĠM jikkundanna attakki personali fuq ġurnalisti
19:40 L-unions jheddu strajks kbar fi Spanja
19:34 Kunċert spettakolari mill-grupp Enkor
19:20 Mart it-tifel tal-President tinħatar Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali Laburista
19:12 Strajks kontra l-miżuri ta' awsterita' tal-Gvern fil-Greċja
19:01 Ħa jerġa' jsir il-Festival Nazzjonali tal-art mekkanizzat
18:45 Donazzjoni ta' 16,500 ewro lis-Salezjani ta' Don Bosco bħala għajnuna f'Haiti
18:30 Aġġornata
Mara ta' 74 sena fil-periklu tal-mewt wara li tittajjret f'Raħal Ġdid
18:23 Il-Qorti Kostituzzjonali ma tilqax talba ta' Anthony Grech Sant
Editorjal

Sinjali pożittivi u ta' kuraġġ

Sinjali pożittivi u ta' kuraġġ
Opinjoni

X'dehrlek mill-investiment li l-SR Technics ħabbret li se tagħmel f'Malta?

Tajjeb hafna
Tajjeb
Hekk u hekk
Ħażin
Ħażin ħafna
Ishma

BOV500@3.248
BOV50@3.248
BOV1520@3.248
HSB300@3.762
HSB1175@3.761
HSB383@3.761
SFC238@1.720
SFC2762@1.720
GO860@2.295
GO8700@2.295
GO5000@2.295
MIA100@2.920
MIA1000@3.039
MIA1000@3.040
MIA700@3.050
B.TUM625200@102.010
BOV500@3.244
Sors: MSE
Kif għalaq: 08/02/2010