Matthew BONETT
13 ta' Lulju, 2010
14:55 CET |
Biex l-istati Membri tal-UE jkunu liberi biex jikkultivaw organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs), il-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-Kummissarju għas-Saħħa u l-Politika tal-Konsumatur John Dalli, addottat pakkett ġdid - pakket li permezz tiegħu, id-deċiżjoni jekk iħallux jew le li jkunu kultivati GMOs tkun deciżjoni tal-pajjiż rispettiv.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Kummissarju Malti John Dalli qal li wara li f'Marzu li għadda, l-Kummissjoni wegħdet li se tkun qed tippreżenta politika fuq il-kultivazjoni tal-GMOs sal-aħħar tas-Sajf, issa kien imiss li din il-wegħda tidħol fis-seħħ.
Hu spjega li l-proċess se jkun qed jiġi eżaminat b'mod kostanti u li l-Kummissjoni qed twiegħed li sal-aħħar tas-sena se tkun qed issegwi xi azzjonijiet li jistgħu jkunu effetwati.
Bid-dħul fis-seħħ tal-programm il-ġdid, l-UE qed tkompli tikkonferma li l-prijoritajiet tal-istati membri huma kruċjali biex fuqhom titfassal il-politika Ewropeja. Hija proposta li tassigura ċertezza legali għal stati membri meta jiġu biex jiddeċiedu dwar il-kultivazzjoni tal-GMOs. Il-liġi proposta tiġi addottata wara deċiżjoni li tittieħed kemm mill-Kunsill kif ukoll mill-Parlament Ewropew.
|