MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Ikompli jiżdied l-investiment fl-industrija tal-farmaċewtika


19 ta' Ġunju, 2012  19:18 CET

Matul il-jum tat-Tlieta il-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment Tonio Fenech żar il-Kumpanija Microtek Medical Malta Ltd. li hi parti minn kumpanija oħra Amerikana, Ecolab.

Din il-kumpanija tipproduċi prodotti li jintużaw fil-qasam mediku, bħal prodotti li jipprevjenu infezzjonijiet, u għoddod kirurġiċi fost prodotti oħra. Ħafna mill-prodotti li tipproduċi Microtek jiġu esportati lejn pajjiżi Ewropej, u anke lejn il-Lvant Nofsani u l-Ġappun.

F'dawn l-aħħar snin Microtek kompliet tespandi, tant li fl-aħħar sentejn żiedet l-impjiegi tagħha biex llum tħaddem kważi 90 persuna.

Il-Ministru Tonio Fenech sostna li dan kien possibbli grazzi għall-għajnuna li l-Gvern permezz tal-Malta Enterprise offra, fosthom l-iskema ta' għajnuna għall-investiment, kif ukoll għajnuna għat-twaqqif tad-dipartiment tar-riċerka u l-iżvilupp.

Il-Ministru kompla jgħid li l-Gvern permezz tal-Malta Enterprise approva 38 miljun ewro f'tnaqqis mit-taxxi bħala għajnuna għall-investiment favur l-industrija.

Is-suċċess ta' Microtek jirrappreżenta l-fatt li s-settur tal-manifattura qed jibqa' jikber f'pajjiżna, u dan kompla jgħid il-Ministru, qed narawh mill-fatt li qed jiżdied l-investiment, l-esportazzjoni u l-impjiegi.

L-investiment fl-ewwel kwart tas-sena żdied b'5% filwaqt li l-Eurostat, l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, kkonfermat li bejn Jannar u Marzu Malta kellha żieda ta' 9% fl-esportazzjoni. Dan qed jirifletti ruħu wkoll f'żieda fl-impjiegi, hekk kif fl-ewwel kwart ta'din is-sena pajjiżna kellu waħda mill-aqwa żidiet fil-ħolqien tal-impjiegi.

Bookmark Print page Email page
Ikompli jiżdied l-investiment fl-industrija tal-farmaċewtika
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
Il-Knisja tfakkar il-festa tal-Għid il-Ħamsin
Konferenza dwar is-Sigurta' fl-Ikel mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Konsumatur
Punti ewlenin
00:26 Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
01:33 Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
iktar aħbarijiet
01:33 Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
00:26 Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
19:53 X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
19:47 Il-Knisja tfakkar il-festa tal-Għid il-Ħamsin
19:32 Konferenza dwar is-Sigurta' fl-Ikel mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Konsumatur
19:26 Splużjoni fuq il-Qamar
19:25 Nannakola Asjatika qed tagħmel ħerba fil-Ġermanja
19:23 Hollande jillegalizza ż-żwieġ bejn omosesswali
19:22 Il-Korea ta' Fuq tispara tliet missili
19:19 Tama għal Madeleine McCann
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.