MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Id-diskors ta' Debono Grech hu konferma ta' kemm l-MLP ma nbidilx

L-MLP ma jħarisx lejn l-Indipendenza bħala festa nazzjonali

Matthew BONNETT
18 ta' Settembru, 2012  18:26 CET

Il-membri, kandidati u uffiċjali tal-MLP qed jikkonfermaw kemm il-politika tal-MLP għadha dik li kienet 30 sena ilu, taħt it-tmexxija ta' Duminku Mintoff. L-MLP u l-esponenti tiegħu, fosthom id-Deputat Joe Debono Grech, għadhom jżebilħu bil-festa tal-Indipendenza kif kienu jagħmlu tletin sena ilu.

Dan qalu d-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, li hu wkoll Assistent Parlamentari tal-Ġustizzja u l-Intern waqt il-programm Newsdesk fuq Radio 101 it-Tlieta waranofsinhar. Beppe Fenech Adami qal li d-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Malta Labour Party ħarġet fiċ-ċar fl-aħħar jiem b'dak li qal il-Kelliem Ewlieni tal-MLP Joe Debono Grech, li qal li l-Indipendenza hi festa tan-Nazzjonalista. Din hi konferma li l-MLP għadu dak li kien, għall-kuntrarju tal-Partit Nazzjonalista li dejjem ħadem biex għamel akkwisti għal Malta kollha u mhux għan-Nazzjonalisti biss. 

Beppe Fenech Adami fakkar li l-Gvern Soċjalista ta' Duminku Mintoff kien neħħa l-Indipendenza minn festa pubbliku, u kellu jkun hemm il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern biex din il-festa reġgħet bdiet tiġi ċċelebrata mill-poplu Malti u Għawdxi. 
Beppe Fenech Adami appella l-poplu Malti u Għawdxi biex jiżen dak li qed jiproponu ż-żewġ partiti, kif ukoll x'wettqu ż-żewġ partiti politiċi meta ngħataw il-fiduċja tal-istess poplu. 

L-Assistent Parlamentari fakkar li l-akbar bidliet li seħħu f'Malta kellhom il-Partit Nazzjonalista bħala l-arkitett tagħhom, b'mod speċjali fis-setturi tax-xogħol, l-edukazzjoni u s-saħħa. Hu qal ukoll li anke l-MLP prova jbiddel, iżda l-bidliet li għamel l-MLP bagħtuna lura mhux 'il quddiem. Eżempju ċar seħħ bejn l-1996 u l-1998, meta bat lill-istudenti jiddejnu, meta ġab rekord ta' qgħad, u ġab bidla għall-agħar fil-qasam tas-saħħa. Għalhekk, il-poplu għandu kull dritt li jistenna l-bidla mill-politiċi, iżda din il-bidla għandha tkun biss fid-direzzjoni t-tajba u mhux lura, kif irid il-Malta Labour Party. 

Bookmark Print page Email page
Id-diskors ta' Debono Grech hu konferma ta' kemm l-MLP ma nbidilx
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
'Malta Tagħna Lkoll', imma għal xi uħud iktar
Anzjan fil-periklu tal-mewt wara ħabta f'Tal-Barrani
Irrid nkunu sensittivi għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
Il-PN irid jagħti importanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
Punti ewlenin
09:00 Anzjan fil-periklu tal-mewt wara ħabta f'Tal-Barrani
12:37 'Malta Tagħna Lkoll', imma għal xi uħud iktar
12:01 Malta għandha ekonomija reżiljenti, sistema bankarja b'saħħitha u rata baxxa ta' qgħad
13:48 Ir-rikors kostituzzjonali fuq it-tmienja u t-13 il-Distrett
iktar aħbarijiet
13:48 Ir-rikors kostituzzjonali fuq it-tmienja u t-13 il-Distrett
12:37 'Malta Tagħna Lkoll', imma għal xi uħud iktar
12:01 Malta għandha ekonomija reżiljenti, sistema bankarja b'saħħitha u rata baxxa ta' qgħad
11:43 Detentur tal-liċenzja tax-xogħol tan-nar mhux ħati li kkawża ġrieħi gravi fuq tifel
09:00 Anzjan fil-periklu tal-mewt wara ħabta f'Tal-Barrani
21:16 Irrid nkunu sensittivi għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
21:02 Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
21:00 Il-PN irid jagħti importanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
20:27 Roberta Metsola ssejjaħ għall-azzjoni effettiva u konkreta
20:25 Il-Gvern jaħfer €9 miljun lill-BWSC
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.