16 ta' Mejju, 2012
20:20 CET |
Studenti mill-Kulleġġ San Albert fil-Belt Valletta reċentament kellhom l-esperjenza li jqattgħu ġimgħa fil-Belt ta' Vilnius fil-Litwanja bħala parti mill-programm 'Youth in Action' b'kollaborazzjoni mal-Young Enterprise.
L-istudenti mill-Litwanja li bħalissa jinsabu Malta, flimkien ma' dawk Maltin, ltaqgħu mal-Ministru għal-Kompetizzjoni Ġusta u l-Konsumatur Jason Azzopardi.
Għal dawn iż-żgħażagħ din kienet esperjenza li għenithom fuq livell akkademiku u anki personali.
Il-Ministru semma l-ġid li jgawdu minnu l-istudenti grazzi għal dawn l-inċentivi ta' skambji edukattivi, fejn anke semma kif lokalment il-Gvern qed jinvesti fiż-żgħażagħ, permezz ta' fondi biex studenti fi skejjel sekondarji jieħdu sehem fi proġetti fil-qasam tal-Marketing.
Għas-snin 2011 u 2012 l-Gvern alloka s-somma ta 170, 000 ewro, fejn ġew magħżula 49 proġett minn 68 applikazzjoni li kienu sottomessi. Il-Gvern offra ukoll post f'Tigne Point lil 'Young Enterprise' sabiex jkunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom f'post adattat.
|