MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Għajnuna lir-raħħala u 's-sajjieda b'fondi mis-sħubija fl-UE

Hermann MICALLEF
24 t' April, 2012  15:56 CET

Il-Gvern għandu għall-qalbu s-settur tar-raħħala li jagħmlu sagrifiċċji kbar biex jinvestu u jimmodernizzaw ħalli jkomplu jipproduċu prodotti friski u ġenwini għall-konsumatur Malti.

Dan sostnieh il-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi meta żar ir-razzett ta' Kristinu Azzopardi u l-familja tiegħu fir-Rabat bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-PN għal Jum il-Ħaddiema, bit-tema 'PN Xogħol Għalik u għal Uliedek'.

Il-Prim Ministru qal li permezz tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern alloka flus mill-fondi nazzjonali u fondi mill-Unjoni Ewropea biex jgħin lis-settur tar-raħħala u s-sajjieda.

Il-Gvern uża fondi mill-UE u, flimkien mal-investimenti li għamlu r-raħħala stess, ra sistemi li jikkompetu tajjeb ħafna ma' l-aqwa sistemi li hemm barra minn Malta.

Il-Prim Ministru, li kien akkumpanjat fost l-oħrajn mill-Avukat Alex Perici Calascione, segwa l-proċess tal-ħlib tal-baqar.

Lawrence Gonzi rrikonoxxa l-kontribut siewi li jagħtu r-raħħala u appezza l-isfidi kbar li jidħlu għalihom biex jagħtu l-iprem prodott lill-konsumatur. Il-Prim Ministru faħħar lil Kristinu Azzopardi, magħruf bħala Ta' Xmun, u lil uliedu Louis u Rene' għas-sagrifiċċji li jagħmlu ta' kuljum biex jieħdu ħsieb il-merħliet ta' baqar u għoġġiela li jammontaw għal madwar 400.

Il-Prim Ministru fakkar kif il-Gvern reġa' raħħas il-bolla li jħallsu r-raħħala, l-istess kif għamel mal-bdiewa u mas-sajjieda. Lir-raħħala traħsitilhom il-bolla bi 3% biex tittaffa parti mill-ispejjeż tagħhom li jinvolvu miljuni ta' ewro.

Ix-xewqa ta' Kristinu hi li jintgħażel mill-iskema 121 ta' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali l-ERDF biex ikun jista' jibni tinda għall-baqar li jkunu se jwelldu.

Bookmark Print page Email page
Għajnuna lir-raħħala u 's-sajjieda b'fondi mis-sħubija fl-UE
multimedia
  Filmat
 
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
Il-Knisja tfakkar il-festa tal-Għid il-Ħamsin
Konferenza dwar is-Sigurta' fl-Ikel mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Konsumatur
L-anzjani f'San Vinċenz de Paul ma jitniżżlux mis-sodda
Eżerċizzju fiżiku bl-ispinning bikes f'Tas-Sliema
Punti ewlenin
19:53 X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
18:04 L-anzjani f'San Vinċenz de Paul ma jitniżżlux mis-sodda
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
iktar aħbarijiet
19:53 X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
19:47 Il-Knisja tfakkar il-festa tal-Għid il-Ħamsin
19:32 Konferenza dwar is-Sigurta' fl-Ikel mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Konsumatur
19:26 Splużjoni fuq il-Qamar
19:25 Nannakola Asjatika qed tagħmel ħerba fil-Ġermanja
19:23 Hollande jillegalizza ż-żwieġ bejn omosesswali
19:22 Il-Korea ta' Fuq tispara tliet missili
19:19 Tama għal Madeleine McCann
19:18 "Iż-żwieġ tradizzjonali taħt theddida fl-Ingilterra"
19:17 Aktar ġlied f’Lixandra
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.