27 ta' Ġunju, 2012
12:30 CET |
FinanceMalta rrappreżentat liċ-Ċentru Internazzjonali Finanzjarju Malti waqt is-27 edizzjoni tat-'Transcontinental Trusts Conference' 2012.
Waqt il-konferenza, Malcolm Becker, Kap Eżekuttiv ta' Bentley Reid Trust f'Malta qal li l-presentazzjoni tiegħu kienet iffukata fuq ir-rilokazzjoni ta' diversi strutturi lejn Malta u matul il-konferenza enfasizza l-benefiċċji assoċjati ma' Malta bħala ċentru dejjem qed jikber tas-servizzi finanzjarji Ewropej.
Wieħed mis-suġġetti diskussi kien fuq l-importanza ta' Ċentri Finanzjarji Internazzjonali. Id-delegazzjoni Maltija ddiskutiet din it-tema, sabiex tkun tista' titkellem fuq opportunitajiet ġodda għal Malta u għas-settur finanzjarju li dejjem qed jikber, fid-dawl tal-potenzjal ta' tkabbir li hemm fih.
Din il-konferenza f'Ġeneva hija meqjusa bħala l-iktar waħda prestiġjuża f'dan il-qasam u għaliha attendew aktar minn 150 delegat minn għaxar ġurisdizzjonijiet.
|