Ivan VASSALLO
14 ta' Mejju, 2012
15:09 CET |
Fil-jiem li ġejjin għandu jibda l-ġbid tal-film Russu Fort Ross f'Għawdex, fejn inbena s-set tal-istess film fil-Bajja tal-Qbajjar, Għawdex. Dan il-film b'baġit ta' $10 miljun qed isir fl-anniversarju tal-bini ta' kolonja żgħira Russa fuq il-kosta tal-Kalifornja fil-11 ta' Settembru 1812. Iżda Fort Ross ma kellhiex xorti daqstant tajba, il-bogħod mir-Russja ma rnexxietx trabbi l-għeruq u imbgħad inbiegħet lil ċittadin Messikan ta' nisel Svizzeru fl-1841.
L-istorja tal-film-dokumentarju jittratta grupp ta' ġurnalisti li jmorru lura fiż-żmien biex jikxfu n-nuqqas ta' suċċess ta' din il-kolonja. Barra Fort Ross, kien hemm kolonja Russa oħra fl-Amerka, l-Alaska li inbiegħet lill-Istati Uniti tal-Amerka fil-bidu tas-seklu 20.
|