10 ta' Settembru, 2012
21:44 CET |
Il-Kumitat taż-żgħażagħ tal-Oratorju Don Bosco huwa l-uniku NGO f’Għawdex li ġie afdat bl-organiżazzjoni ta’ diversi attivitajiet b’konnessjoni mal-CAR-FREE DAY Nazzjonali li se ssir nhar il-Ħadd 16 ta’ Settembru.
Waħda mill-attivitajiet ewlenin li se jkunu organiżżati din is-sena hija Tour madwar il-Belt Victoria, u ieħor madwar Marsalforn u l-Qbajjar permezz ta’ Trackless Fun Train. Id-dawra tar-Rabat titlaq kull siegħa minn Triq ir-Repubblika (ħdejn il-Posta) bejn id-9.30am u n-12.30pm. Id-dawra ta’ Marsalforn u l-Qbajjar titlaq kull siegħa bejn is-1.30pm u s-6.30pm minn Triq Marina Marsalforn.
Attivitajiet oħrajn fil-Belt Victoria jinkludu Street Football Tournament fi Pjazza Santu Wistin u Wirja ta’ Ritratti ta’ Għawdex fl-Antik fi Triq Palma. Dawn se jibdew mid-9.00am ‘il quddiem. Photo-Treasure Hunt bir-Roti se tkun organiżżata matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem għandhom jinġabru fi Pjazza Santu Wistin fl-10.00am. Attivita’ oħra, immirata l-iktar lejn il-ġenerazzjoni żgħażugħa, hija sezzjoni ta’ Water Games. Din se ssir in-naħa ta’ fuq ta’ Triq ir-Repubblika fis-2.00pm.
L-Attivitajiet marbuta mal-Car-Free Day 2012 jaslu fi tmiemhom b’Varjeta’ tat-Triq li ssir ħdejn il-Promenade fi Triq Marina Marsalforn bejn l-4.30pm u s-6.00pm. Din il-Varjeta’ se tinkludi kant u żfin popolari. Kulħadd huwa mistieden jieħu sehem.
|