maltarightnow.com
11 ta' Ġunju, 2012
18:55 CET |
Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron bi żball nesa' lil bintu ta' tmien snin f'pub wara li mar jiekol hemm ma' martu u xi ħbieb. Dan wara taħwida dwar ma' min kellha tmur id-dar.
Cameron induna li bintu Nancy, li għandha tmien snin u hi waħda minn tlett itfal li għandu, kienet nieqsa meta flimkien ma' martu rritornaw lura fir-residenza fil-kampanja ta' Chequers f'Buckinghamshire. Jidher li t-tifla marret it-toilet hekk kif il-ġenituri kienu se jitilqu. Kien imbagħad Cameron personalment li mar lura jiġbor lil bintu.
Filwaqt li każ simili hu embarazzanti għal kwalunkwe ġenitur, għal Cameron dan inkixef nhar il-Ħadd meta l-Gvern ta bidu għal kampanja kontra dawk meqjusa bħala 'familji problematiċi li jgħixu ħajja kaotika u jiswew lill-Gvern ħafna flus minħabba l-inkwiet li jaqilgħu u l-abbuż mis-sistema tal-benefiċċji soċjali.
|