MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Biż-żieda fil-pagi u bit-tnaqqis fit-taxxi int qed jibqgħalek aktar flus f'idejk x'tonfoq

Matthew BONETT
13 ta' Mejju, 2012  12:05 CET

L-aqwa rigal li tista' tirċievi l-omm hu li tara lil uliedha jirnexxu lkoll. Dan hu l-iskop tal-Partit Nazzjonalista. Li nirnexxu lkoll flimkien. U peress li uliedek huma l-ġejjieni ta' pajjiżna, uliedek huma speċjali għalina. Għalhekk, se nkomplu ntuhom ġejjieni mill-isbaħ u ta' suċċess.

Dan kien il-messaġġ tal-Prim Ministru u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi waqt djalogu li sar barra l-Park tal-Avjazzjoni f'Ħal Safi, bit-tema Fiduċja Fik u Uliedek. Djalogu li kien immexxi minn Joe Farrugia, li minbarra li hu d-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem, hu wkoll il-President tal-MCAST.

Il-Prim Ministru rabat il-messagg tiegħu mal-okkażjoni ta' Jum l-Omm.

Jum l-Omm wasal fi tmiem ġimgħa importanti ħafna għall-Gvern. Ġimgħa li matulha, l-Fond Monetarju Internazzjonali ddeskriva l-ekonomija Maltija bħala waħda impressjonanti, u l-Kummissjoni Ewropea bassret li l-ekonomija Maltija se tkun fost l-aqwa fl-Ewropa sal-aħħar tas-sena. U l-Parlament Malti approva l-miżuri tal-baġit li jfisser li l-Gvern jista' jkompli jaħdem biex joħloq ix-xogħol f'pajjiżna.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-edukazzjoni li qed jieħdu ż-żgħażagħ Maltin. 

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar qasam importanti fl-edukazzjoni. Ir-riċerka u l-innovazzjoni. 

Lawrence Gonzi qal ukoll li l-Gvern Malti applika biex jakkwista fondi mill-Unjoni Ewropea biex iċ-Ċentru ta' Bighi jinbidel f'ċentru miftuħ dwar ix-xjenza u t-teknoloġija għat-tfal Maltin kollha.

Il-Prim Ministru qal li l-paga medja fl-aħħar erba' snin żdiedet b'2,000 ewro. Waqt li dik minima żdiedet b'1,000 ewro.

Dwar l-anzjani, l-Prim Ministru qal li l-inċentiv tal-Gvern biex dawk li jirċievu l-pensjoni jibqgħu jahdmu, sar popolari ferm.

U fil-baġit ta' din is-sena, l-Gvern ħaseb f'dawk ukoll li għandhom aktar minn 80 sena u jgħixu fi djarhom. Li qed jirċievu għotja ta' 300 ewro.

Fl-aħħarnett, il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-etika ġurnalistika. U appella biex il-ġurnaliżmu ma jibqax jinbidel f'attakki personali saħansitra fuq il-qraba tal-politiċi, iżda dwar l-argumenti politiċi. 

Bookmark Print page Email page
Biż-żieda fil-pagi u bit-tnaqqis fit-taxxi int qed jibqgħalek aktar flus f'idejk x'tonfoq
multimedia
  Filmat
 
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
Punti ewlenin
15:32 Aktar każi ta' Slapped Cheek Syndrome
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
12:49 Eddie Fenech Adami stabbli wara intervent mediku
iktar aħbarijiet
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
19:52 Jgħajjar lill-Mexxejja bħala 'inkompetenti'
19:47 Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
19:36 Jipprova jixpruna n-negozjati għall-paċi
19:06 'Ma nċedu qatt quddiem it-terroriżmu' – Cameron
18:08 Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
17:43 Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
17:36 79 rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta' Malta
17:31 Il-lukandi se jkunu jistgħu jtellgħu żewġ sulair oħra
Editorjal

Soċjetà li tkun taf tikkoreġi l-ħażin

Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.