Edward CAMILLERI
13 ta' Mejju, 2012
18:39 CET |
Batterija li tmur lura għal żmien l-Ingliżi se tiġi devoluta lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex tkun tista' tintuża mill-Mostin. F'din il-batterija matul il-jum tal-Ħadd saret open day biex il-pubbliku jkun jista' jaraha u jikseb aktar informazzjoni dwar l-istorja tal-Mosta.
Fil-fatt, fl-aħħar ġimgħat sar xogħol ta' tindif u manutenzjoni f'din il-batterija, li l-kunsill lokali mbagħad se jgħaddiha f'idejn il-Mosta Scout Group.
Waqt l-open day attenda l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, in-Negozji Żghar u l-Konsumatur Jason Azzopardi u d-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo.
Il-Prim Ministru feraħ lill-Kunsill Lokali tal-Mosta għal din l-inizjattiva, filwaqt li ħeġġeġ biex ikomplu jsiru akar proġetti favur ir-residenti mill-Kunsilli Lokali.
|