maltarightnow.com
3 t' April, 2012
20:01 CET |
Il-Bank of Valletta ħabbar li l-offerta ta' €40 miljun f'Notes, jiġifieri self, b'imgħax ta' 4.25% li jimmatura fis-sena 2019, ittieħdet kollha.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta, Charles Borg esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan u qal li r-rispons mill-investituri għal din l-offerta hu turija oħra tal-fiduċja li l-BOV igawdi fost l-investituri.
Borg qal li l-flus miġbura min-Notes se jintużaw mill-Bank fil-ġestjoni tal-assi u l-liabilities tiegħu.
Is-CEO tal-BOV żied jgħid li l-offerta tan-Notes tagħti lill-pubbliku opportunita' ta' investiment li mhix provvduta bħalissa fil-firxa ta' depożiti offruti mill-Bank.
Stqarrija tal-Bank qalet li l-BOV se jħabbar il-mod kif se jkunu allokati n-Notes fil-ġranet li ġejjin.
|