8 ta' Mejju, 2012
19:55 CET |
Ftit tal-ħin ilu ġiet fi tmiemha l-ewwel konferenza interattiva mal-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi, fejn il-pubbliku kellu ċ-ċans jitkellem u jistaqsi direttament lill-Prim Ministru live.
Dan is-servizz ingħata mis-sit mychoice.pn, sit miftuħ mill-Partit Nazzjonalista biex ikun jista' jisma' iktar dak li għandhom x'jgħidu n-nies.
Fost it-temi li tqajmu fil-konferenza tal-lejla:
- il-proġett ta' Bieb il-Belt
- il-viżjoni 2015
- id-dritt tal-25 sena servizz fil-forzi tal-ordni u l-kwistjoni tal-overtime
- il-kwalita' tat-toroq
- kif ser jinġieb aktar xogħol f'Għawdex
- l-Air Malta
- Smart City
- il-Magħtab
Ritratt: Roberto Runza
|