maltarightnow.com
13 ta' Ġunju, 2012
17:41 CET |
Tul ix-xhur ta' Ġunju u Lulju, il-Ministeru għal Għawdex, flimkien mal-familji Masini u Refalo se jikkommemoraw il-50 sena mill-mewt tal-Avukat, Politiku, u Fundatur tal-Partit Għawdxi, Dr Francesco Masini (1894-1962).
Dan ser isir permezz ta', wirja fil-Banca Giuratale, serata kommemorattiva ġewwa Triq Francesco Masini fil-Belt Victoria, u quddiesa kommemorattiva ġewwa l-Katidral tal-Assunta.
Il-wirja se tinfetaħ il-Ħadd li ġej, 17 ta' Ġunju, 2012, fil-11.00 a.m. mill-Onorevoli Ministru għal Għawdex Giovanna Debono.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista jżur is-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex www.gozoculture.com jew il-paġna fuq Facebook www.facebook/masini.commemorative.
|