Gabriella FARRUGIA
19 ta' Mejju, 2012
15:02 CET |
Attivita' bl-isem ta' Ġawhra Fest, nhar il-Ħadd 27 ta' Mejju 2012, mill- Kumitat Żgħażagħ Ġawhrin b kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali San Pawl il- Baħar bejn il-11 ta’ filgħodu u l- 5 ta’ wara nofsinhar f’ Triq San Franġisk ħdejn it- Torri Wignacourt.
F’ din l attivita se jkun hemm varjeta ta’ wirijiet fosthom karrozzi klassiċi, stands ta' xi Sezzjonijiet taż-Żgħażagħ minn madwar Malta, wirja tax- xogħol tal- Pittur Manuel Farrugia u statwa magħmula mill-butir. Ma jonqosx il-livestage b'bosta bands, żfin, u talent lokali.
Se jiġu organizzati wkoll logħob għat-tfal u sports fejn wieħed ikun jista jipparteċipa kif ukoll xi kompetizzjonijiet.
Minn Bugibba sa jkun hemm provdut is-servizz ta’ train li twassal lin-nies għall-attivita'.
|