18 t' Awwissu, 2012
13:36 CET |
Il-Kunsill Lokali tal-Gżira ikkundanna l-aġir kodard, abbużiv u llegali ta’ vandaliżmu li twettaq fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fil-Ġnien Kunsill ta’ L-Ewropa fil-Gzira fejn inqalgħu bankijiet, tkissru globi tad-dawl u safa mkisser apparat tal-logħob tat-tfal.
Sfortunatament, dan mhux xi inċident iżolat. Filfatt dan l-istess Ġnien kien suġġett ta’ diversi atti vandali matul dawn l-aħħar xhur.
Il-Kunsill Lokali appella lil persuni li għandhom xi informazzjoni fuq dan il-każ biex jgħadduha minnufih lill-awtoritajiet waqt li ħa tkompli l-ħidma mal-forzi ta’ l-ordni biex tkompli tissahhah is-sorveljanza b’mod aktar effettiv.
|