MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Aktar spazji miftuħa u saħħa aħjar għalik

Matthew BONETT
7 ta' Mejju, 2012  19:11 CET

L-ispazji miftuħa għall-pubbliku; ambjent aħjar b'garanzija ta' saħħa; parks għall-familja kollha; aktar impjiegi fil-qasam turistiku; restawr tal-fortifikazzjonijiet u bini antik; ġonna; l-immanigjar tal-ilma; ilma ta' kwalita' ahjar għall-familji Maltin u Għawdxin; inqas emmissjonijiet; kura tal-annimali; investiment fl-oqsma tas-sajd u l-biedja.

Dan kollu sar minn dan il-Gvern f'dawn l-aħħar erba' snin, taħt il-kappa tal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali. F'dawn l-oqsma wkoll kompla jinħoloq ix-xogħol, bil-kummerċ ikompli jiżdied b'mod sostanzjali. Biss biss, 8,000 raħħal, bidwi u sajjied ħadu mal-100 miljun ewro biex itejbu l-ħidma tagħhom f'dawn l-aħħar erba' snin.

Dan kollu ħareġ minn konferenza tal-aħbarijiet, indirizzata mill-Ministru George Pullicino, waqt li kien qiegħed jagħti rendikont tal-ħidma tal-Ministeru tiegħu fl-aħħar erba' snin. 

Il-Ministru Pullicino ta rendikont tal-ispazji miftuħa li saru fl-aħħar erba' snin, fosthom Pjazza Sant'Ubaldeska f'Raħal Ġdid, Triq Bisazza f'Tas-Sliema, ix-Xatt ta' Marsaxlokk, Pjazza San Ġorġ fil-Belt, Pjazza Sant'Anna u Ġnien Ġorġ Bonello du Puis f'Tas-Sliema u l-Adventur Park f'Ta' Qali. Dan kollu minbarra Ġnien Santa Marija tal-Anġli f'Baħar iċ-Ċaghaq fejn saret il-konferenza tal-aħbarijiet.

B'kollox, fil-Belt Valletta saru 20 proġett ta' restawr fuq knejjes, bereġ u palazzi, kif ukoll fuq il-pavimentar tat-toroq.

Dwar l-iskart, s-sena li għaddiet biss ġew esportati 15-il miljun kilo, grazzi għall-involviment tal-poplu fis-separazzjoni tal-iskart. Il-Ministru qal ukoll li 130,000 familja gawdew minn 1 miljun bozz tal-energy saving waqt li 12,000 familja oħra bbenefikaw minn skemi tal-pannelli fotovoltajiċi u solar water heaters. Dawn illum iħallsu inqas għall-enerġija.

Dwar il-pitkalija, l-Ministru qal li fl-aħħar xhur bdiet ir-riforma anke f'dan il-qasam u qal li d-diskussjoni b'rabta ma' din ir-riforma se jkomplu din il-ġimgħa.

Issemma wkoll li l-MEPA ħarġet il-permess biex tinbena pixkerija ġdida fil-Marsa, investiment ta' 3 miljun ewro. Din is-sena, l-Gvern ta wkoll ħdax-il borża ta' studju lil studenti biex ikomplu bl-istudji tagħhom barra minn Malta ħalli jsiru veterinarji.

Bookmark Print page Email page
Aktar spazji miftuħa u saħħa aħjar għalik
multimedia
  Filmat
 
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Nirien jaħkmu kmamar fil-Furjana
Approvat numru kbir ta' transfers politiċi
Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
Punti ewlenin
10:59 Nirien jaħkmu kmamar fil-Furjana
09:59 Approvat numru kbir ta' transfers politiċi
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
10:59 Nirien jaħkmu kmamar fil-Furjana
09:59 Approvat numru kbir ta' transfers politiċi
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.