Ivan VASSALLO
19 ta' Ġunju, 2012
16:42 CET |
Ajruplani Ċiniżi qed ibiegħu l-ikel li ma jittikielx jew pakketti ta' ikel li nfetħu imma ma ttiklux. Dan ħareġ minn storja tal-programm News Eye li deher fuq il-Jiangsu TV. Ħafna minn dan l-ikel qed isib ruħu fl-iskejjel u qed jittikel mit-tfal Ċiniżi.
Wara kull titjira dan l-ikel jinġabar f'boroż apposta fil-ħangars u jerġa' jinbiegħ lill-kumpaniji tal-ikel. Dan l-ikel imbgħad imur ġo fabbriki żgħar fis-subborg tal-belt fejn jerġa' jiġi ippakkjat. Ħafna drabi l-kundizzjonijiet ta' dawn il-fabbriki huma mill-agħar , b'riħa qawwija u nuqqas tal-iġjene.
F'każ minnhom saħansitra il-kap tal-fabbrika reġa' għalaq b'idejh t-tapp ta' flxkun ta' xarba, quddiem il-ġurnalisti .
|