MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Għawdex

89% tal-istudenti Għawdxin jagħżlu li joqgħodu f'Malta matul il-ġimgħa biex jistudjaw

Marion ZAMMIT
7 t' April, 2012  11:45 CET

89 fil-mija tal-istudenti Għawdxin f'Malta jagħżlu li joqogħdu flimkien ma’ sħabhom f’appartamenti f’Malta matul il-jiem tal-ġimgħa u jirritornaw Għawdex fi tmiem il-ġimgħa. Il-11 fil-mija l-oħra jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer kuljum jew b’mod regolari. 

Stħarriġ li sar mill-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) fost l-istudenti Għawdxin f'Malta jagħti indikazzjoni ċara li ż-żgħażagħ Għawdxin għandhom determinazzjoni u minkejja li ħafna minnhom qed jgħixu ħajja aktar indipendenti, għadhom jgħożżu l-valur tal-familja u r-reliġjon filwaqt li japprezzaw il-karatteristiċi ta’ Għawdex. 

L-istħarriġ sar fost 405 studenti li jirrappreżentaw kważi 40 fil-mija tal-istudenti Għawdxin kollha li qed ikomplu bl-istudji tagħhom f’Malta, jiġifieri madwar 1,000 li qed isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta u kważi 200 oħra li jattendu ċ-ċentri tal-MCAST u l-ITS f’Malta. 

L-istħarriġ tnieda waqt konferenza li saret fil-Kampus tal-Università f’Għawdex li għaliha attendew fost l-oħrajn il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono u l-kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Anton Refalo.

Giovanna Debono faħħret l-inizjattiva meħuda mill-GUG u filwaqt li fissret kif fl-aħħar snin il-Gvern baqa’ jagħti prijorità lill-qasam edukattiv, spjegat kif dan irriżulta wkoll f’żieda sostanzjali fl-istudenti Għawdxin li qed ikomplu bl-istudji terzjarji jew vokazzjonali f’Malta. 

Il-Ministeru għal Għawdex nieda skema marbuta ma’ għajnuna addizzjonali biex jittaffew parti mill-ispejjeż li jidħlu għalihom familji Għawdxin biex uliedhom ikomplu jistudjaw f’Malta. Giovanna Debono qalet li minn din is-sena l-għajnuna ser tiżdied għal €400 kull tliet xhur u ser tingħata lil kull student mingħajr id-distinzjoni li s'issa kienet issir bejn studenti universitarji u studenti f’istituzzjonijiet oħrajn.

Bookmark Print page Email page
89% tal-istudenti Għawdxin jagħżlu li joqgħodu f'Malta matul il-ġimgħa biex jistudjaw
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Dar ġdida għall-anzjani f'Għajnsielem
Kampanja u proġetti relatati man-National Nitrates Action Plan
Tfal mill-parroċċi ta' Għawdex jirċievu l-Griżma tal-Isqof minn idejn ħames Isqfijiet
Jinġabru €5,000 wara mixja u car wash f’Għawdex b’risq Puttinu Cares
Studenti Għawdxin itellgħu 'play' b'risq Puttinu Cares
Punti ewlenin
15:32 Aktar każi ta' Slapped Cheek Syndrome
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
12:49 Eddie Fenech Adami stabbli wara intervent mediku
iktar aħbarijiet
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
19:52 Jgħajjar lill-Mexxejja bħala 'inkompetenti'
19:47 Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
19:36 Jipprova jixpruna n-negozjati għall-paċi
19:06 'Ma nċedu qatt quddiem it-terroriżmu' – Cameron
18:08 Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
17:43 Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
17:36 79 rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta' Malta
17:31 Il-lukandi se jkunu jistgħu jtellgħu żewġ sulair oħra
Editorjal

Soċjetà li tkun taf tikkoreġi l-ħażin

Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.