MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Xjenza u Teknoloġija
Arti, Divertiment u Kultura
Kurżitajiet
Ewropa
Qorti
Kunsilli Lokali
Parlament
Għawdex
Features
Ekonomija
Avviżi ELCOM
Librerija
sport
Futbol Taljan
Futbol Ieħor
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Aħbarijiet Lokali

3.500 tifel u tifla jipparteċipaw fi skolasajf


8 ta' Mejju, 2012  19:34 CET
Bookmark Print page Email page

Madwar 3,500 tifel u tifla mill-iskejjel tal-Gvern, tal-knisja u indipendenti mistennija jipparteċipaw fi Skolasajf ta' din is-sena. 

Se jieħdu sehem ukoll 200 student Universitarju li qed isegwu korsijiet fil-Fakulta' tal-Edukazzjoni u anke 120 Kap ta' Skola, Assistent Kap jew għalliema bħala koordinaturi fiċ-Ċentri ta' Skolasajf.

L-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Stephen Spiteri nieda l-edizzjoni ta' Skolasajf ta' din is-sena fil-Guardian Angel Resource Centre fi ħdan il-Kulleġġ San Gorg Preca fil-Ħamrun.

Skolasajf din is-sena se tibda l-Erbgħa 18 ta' Lulju u se tibqa' għaddejja sal-Ġimgħa 7 ta' Settembru kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9 ta' filgħodu u nofsinhar.

Il-programm ta' Skolasajf se jkun miftuħ għat-tfal tar-raba', il-ħames u s-sitt klassi tal-iskejjel primarji kollha. Iċ-ċentri ta' Skolasajf huma mqassmin madwar Malta u Għawdex.

It-tema prinċipali ta' Skolasajf magħżula għal din is-sena hi 'Solidarjeta b'impenn'. Dan biex tikkommemora s-Sena Ewropea iddedikata lill-Anzjanita' Attiva u s-Solidarjeta' bejn il-Ġenerazzjonijiet.

Tfal li jattendu ċ-Ċentri ta' Riżorsi se jkollhom programmi apposta għalihom.

Barra minn hekk se jkun hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk it-tfal li tul is-sena skolastika jingħataw servizz ta' għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu.

L-applikazzjonijiet għal Skolasajf jistgħu jinkisbu mill-iskejjel primarji tal-istat. Imbagħad għandhom jaslu fl-iskejjel fejn it-tfal se jattendu sa mhux aktar tard mill-Ħamis 31 ta' Mejju.

3.500 tifel u tifla jipparteċipaw fi skolasajf
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Żewġ inċidenti fl-Imrieħel
Charles Mangion jerġa' jsir Membru Parlamentari
Ktieb dwar ir-rulings kollha tal-aħħar sena
L-40 anniversarju tal-Air Malta mfakkar bil-kuluri oriġinali
Il-Partit Nazzjonalista b'reazzjoni għar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-Wasteserv
Punti ewlenin
19:03 Il-Partit Nazzjonalista b'reazzjoni għar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-Wasteserv
07:39 Żewġ inċidenti fl-Imrieħel
20:43 L-40 anniversarju tal-Air Malta mfakkar bil-kuluri oriġinali
22:12 Charles Mangion jerġa' jsir Membru Parlamentari
iktar aħbarijiet
07:39 Żewġ inċidenti fl-Imrieħel
22:12 Charles Mangion jerġa' jsir Membru Parlamentari
22:06 Ktieb dwar ir-rulings kollha tal-aħħar sena
20:43 L-40 anniversarju tal-Air Malta mfakkar bil-kuluri oriġinali
19:03 Il-Partit Nazzjonalista b'reazzjoni għar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-Wasteserv
18:33 Jingħalaq Abu Ghraib
16:54 L-Isqfijiet jirreaġixxu għal-liġi tal-Unjoni Ċivili
16:39 Il-Ministru Joe Mizzi għandu jkun trasparenti fuq it-telf fit-trasport pubbliku
16:18 Holmes ma kienx ittratat kif suppost – il-familja kellha tbiegħ il-propjeta’ biex tiffinanzja l-każ - Id-difiża
16:13 Somalu jerġa’ jispiċċa l-ħabs – din id-darba jisraq arloġġ ta’ €4,000 minn fuq jott
Editorjal

Tliet voti konsistenti

Tliet voti konsistenti
Opinjoni

Taqbel mad-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jaħżen il-gass fil-bajja ta' Marsaxlokk?

Iva
Le
Ma nafx