MaltaRightNow.com
15 ta' Lulju, 2010
11:35 CET |
Kien nhar is-16 ta' Lulju, 1990, meta Malta tefgħet l-applikazzjoni biex tissieħeb fl-UE - applikazzjoni li wasslet biex fl-1 ta' Mejju 2004 Malta tingħaqad mal-bqija tal-pajjiżi Ewropej f'unjoni li ġabet magħha suċċessi kbar.
Għall-20 anniversarju mill-applikazzjoni ta' Malta, tul jum il-Ġimgħa l-AŻAD (Akkademja għall-iŻvilupp u l-Ambjent Demokratiku) se jkun qed torganizza konferenza dwar din it-tema. Din se tkun l-ewwel konferenza minn mindu l-Ewro Parlamentari Nazzjonalista Simon Busuttil laħaq Chairman ta' din l-Akkademja.
Waqt il-konferenza Guido de Marco u Eddie Fenech Adami ser iwieġbu mistoqsijiet dwar l-esperjenza personali li għaddew minna f'din l-istorja politika. Minn Ottubru li ġej, l-AŻAD se terġa' tibda bil-korsijiet ta' taħriġ politiku kif ukoll jinstiga' aktar dibattitu politika fost il-Maltin.
|