MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Xjenza u Teknoloġija
Arti, Divertiment u Kultura
Kurżitajiet
Ewropa
Qorti
Kunsilli Lokali
Parlament
Għawdex
Features
Ekonomija
Avviżi ELCOM
Librerija
sport
Futbol Taljan
Futbol Ieħor
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Aħbarijiet Lokali

Tmien persuni ġew arrestati wara sejbiet tad-droga f'Għawdex u Bormla.


28 t' April, 2012  15:21 CET
Bookmark Print page Email page

L-ewwel sejba saret ilbieraħ filgħodu f'residenza fix-Xagħra fejn nstab ammont ta' droga eroina li kien se jiġi ttraffikat f'Għawdex stess. Sid id-dar, raġel ta' 51 sena jinsab arrestat. Fl-istess ħidma ġew arrestati erba' rġiel oħra li l-eta' tvarja bejn il-31 u l-53 sena li huma resident r-Rabat, Għawdex, ix-Xagħra u San Ġiljan. Huma nstabu fil-pussess tad-droga eroina, raża tal-kannabis kif ukoll flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini kien infurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. 

It-tieni sejba ta’ droga saret fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgha u s-Sibt għall-ħabta tas-siegħa u nofs, wara tfittxija li saret fi kiosk li jinsab fl-inħawi ta’ Fuq Verdala, f’Bormla.

F'din is-sejba ġew mizmuma tliet persuni residenti Bormla wara li nstabu fil-pussess ta’ droga kokaina u kannabis.  L-eta` tagħhom tvarja bejn is-17 u 38 sena.  Aktar tard ġewwa r-residenza ta’ sid il-kiosk instabu ukoll sigaretti li dazju fuqhom ma tħallasx. 

Il-persuni kollha għadhom qed jinżammu taħt arrest għal aktar stħarriġ.

Sadanittant il-mara ta’ 55 sena residenti Santa Luċija li lbieraħ filgħodu nqabdet minn uffiċjali tal-ħabs tipprova ddaħħal id-droga ġewwa l-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin, illum tresqet il-Qorti b’akkużi ta’ traffikar u pussess aggravat ta’ droga kannabis. Hija tressqet quddiem il-Magistrat tal-Għassa Anthony Vella fejn ammettiet l-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha u l-kawża ġiet differita għas-sentenza.

 Tmien persuni ġew arrestati wara sejbiet tad-droga f'Għawdex u Bormla.
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Federica Falzon tirbaħ 'Ti Lascio Una Canzone'
Nhar it-Tnejn, l-ewwel rally tal-kampanja għal Parlament Ewropew
Titjira tal-Air Malta minn Heathrow tittardja
Malta u l-Libja, fiċ-ċentru ta' artiklu fuq Al Jazeera
Kellimni.com ikompli jżid fil-popolarita'
Punti ewlenin
00:11 Federica Falzon tirbaħ 'Ti Lascio Una Canzone'
17:57 Nhar it-Tnejn, l-ewwel rally tal-kampanja għal Parlament Ewropew
15:24 Il-lekċerers urtati: s'issa għadhom ma rċevewx il-fondi biex jgħallmu aħjar
10:26 Omm f'periklu tal-mewt wara ġrieħi b'tornavit
iktar aħbarijiet
00:11 Federica Falzon tirbaħ 'Ti Lascio Una Canzone'
19:19 Ftit paċi għal festa tal-Għid
17:57 Nhar it-Tnejn, l-ewwel rally tal-kampanja għal Parlament Ewropew
16:57 Titjira tal-Air Malta minn Heathrow tittardja
16:05 Malta u l-Libja, fiċ-ċentru ta' artiklu fuq Al Jazeera
16:00 Kellimni.com ikompli jżid fil-popolarita'
15:55 Il-fqar u l-abbandunati fil-qofol tal-Via Crucis tal-Papa
15:46 Tentattiv ieħor mill-Maltin biex jitilgħu l-muntanja Everest
15:24 Il-lekċerers urtati: s'issa għadhom ma rċevewx il-fondi biex jgħallmu aħjar
13:11 Illejla Federica Falzon fuq "Ti Lascio Una Canzone"
Editorjal

Tliet voti konsistenti

Tliet voti konsistenti
Opinjoni

Taqbel mad-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jaħżen il-gass fil-bajja ta' Marsaxlokk?

Iva
Le
Ma nafx