MaltaRightNow.com sezzjoni: Ewropa
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Edukazzjoni
Divertiment
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Ewropa
L-UNJONI EWROPEA

Terġa' twissi lir-Rumanija dwar il-korruzzjoni

foreign@media.link.com.mt
20 ta' Lulju, 2010  19:42 CET

L-Unjoni Ewropea reġgħet ċanfret lir-Rumanija talli mhix qed tagħmel biżżejjed biex telimina l-korruzzjoni fl-ogħla istituzzjonijiet tal-Gvern. Fl-istess ħin, il-Bulgarija kienet imfaħħra għall-progress li qed tagħmel kontra l-korruzzjoni.

Fir-rapport annwali dwar dawn iż-żewġ pajjiżi membri, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-politiċi fir-Rumanija ma kellhomx ir-rieda li jintroduċu riformi kontra l-korruzzjoni. Xi ħa;a li kienet qed tpoġġi lil dan il-pajjiż fi ksur tal-irbit li kien għamel qabel ma sar membru tal-UE.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni qalet li filwaqt li l-Bulgarija kienet ħaddnet ir-riformi u kisbet riżultati importanti, fir-Rumanija dan ma kienx il-każ u kien hemm nuqqasijiet serji.

Il-Bulgarija u r-Rumanija tpoġġew taħt skrutinju speċjali minn mindu saru membri tal-UE fl-2007 minħabba t-tħassib ta' ħafna dwar il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata f'dawn il-pajjiżi, fatturi li qed igerrxu l-investiment fil-pajjiż u jagħmilha aktar diffiċli biex dawn jegħlbu l-problemi ekonomiċi li għandhom.

Il-Kummissjoni kienet partikolarment irritata minn liġi ġdida Rumena li biha aġenzija kontra l-korruzzjoni spiċċat kważi totalment mingħajr poteri.

Ir-rapport iħeġġeġ lit-Rumanija biex issaħħaħ il-qrati, li jitqiesu ineffiċjenti, tieħu passi konkreti lejn il-prosekuzzjoni ta' korruzzjoni fil-livelli għolja tal-Gvern u ittejjeb il-mod kif jinħarġu t-tenders tal-Gvern.

Din kienet l-ewwel darba li r-rapport annwali tal-Kummissjoni akkuża l-klassi politika Rumena li kienet nieqsa mill-ħeġġa biex tiġġieled il-korruzzjoni. Il-Kummissjoni qalet li għalissa ma kinitx se tieħu passi kontra l-pajjiż.

Bookmark Print page Email page
 Terġa' twissi lir-Rumanija dwar il-korruzzjoni
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-ekonomija Ewropea qed tirkupra tajjeb mir-riċessjoni
Il-qagħda finanzjarja fuq quddiem tal-aġenda tal-UE
Terġa' twissi lir-Rumanija dwar il-korruzzjoni
20 sena minn meta Malta applikat għal dħul fl-UE
Approvat id-dħul tal-Estonja fiż-żona ewro
`
Punti ewlenin
11:37 Jinstab mejjet f'għalqa raġel ta' 38 sena
12:39 Ħad-Dingli u San Lawrenz jippreżentaw pjani għal sostenibilita' fil-lokalita'
13:10 Il-MEDAC tgawdi minn għotja ta' kważi €1.5 miljun mill-Gvern Svizzeru
13:36 2000 kelb imsewwija fl-ewwel sena tal-kampanja tal-SPCA
iktar aħbarijiet
15:09 Syrian jallega li ssawwat mill-Pulizija
14:39 NET TV jippreżenta l-iskeda tal-Ħarifa
13:36 2000 kelb imsewwija fl-ewwel sena tal-kampanja tal-SPCA
13:10 Il-MEDAC tgawdi minn għotja ta' kważi €1.5 miljun mill-Gvern Svizzeru
12:56 Studenti jingħataw boroż ta' studju biex ikomplu bl-istudji barra minn Malta
12:46 L-istudenti Rabtin premjati għall-ospitalita' tagħhom
12:39 Ħad-Dingli u San Lawrenz jippreżentaw pjani għal sostenibilita' fil-lokalita'
12:25 Il-Prim Ministru jinawgura 'Iljieli Melliħin'
11:37 Jinstab mejjet f'għalqa raġel ta' 38 sena
10:47 It-tessera tal-Partit Nazzjonalista għal din is-sena ddedikata lil Nerik Mizzi
Editorjal

Miet il-politiku tal-persważjoni

Miet il-politiku tal-persważjoni
Opinjoni

Int se tattendi għall-Festi tal-Indipendenza, li se jsiru bejn is-16 u l-20 ta’ Settembru fuq il-Fosos?

Iva
Le
Forsi