Kenneth XUEREB
18 ta' Mejju, 2012
19:38 CET |
L-iskema ta’ għotjiet għall-enerġija mħaddma minn Malta Enterprise ġiet temporanjament sospiża wara li kien innutat li xi quotations minn xi benefiċjarji ma kienux in bona fede. Fi stqarrija, Malta Enterprise qalet li irreferiet il-każ lill-pulizija għal iktar stħarriġ kif ukoll lill-Kumitat tal-Awditjar Intern.
Dawk milquta se jkunu informati individwalment u l-proċess jissokta ladarba jintemmu l-investigazzjonijiet.
|