Gabriel ELLUL
24 ta' Ġunju, 2012
11:45 CET |
Nixtieq nesprimi apprezzament kbir lejn l-appoġġ li jagħtina l-poplu u l-mod kif jifhimna fil-mumenti diffiċili. Napprezza ħafna wkoll is-sens ta' rispett li l-poplu għandu lejn il-ħidma tal-politiku.
Dan kien kliem Giovanna Debono, il-Ministru għal Għawdex, f'intervista li kellha ma' dan is-sit. Debono bdiet il-karriera politika tagħha fl-1987, meta kienet eletta għall-ewwel darba fuq id-distrett t'Għawdex.
Iżda qabel ma bdiet din il-ħidma politika tagħha, Giovanna Debono kienet gradwat bħala għalliema u kien ilha diġa' tliet snin taħdem f'dan il-qasam.
Fi kliem Giovanna Debono, il-ħidma bħala Ministru għal Għawdex hija ta' responsabbilta' kbira. Kif spjegatilna, l-irwol tagħha hu li tkompli tara lill-Għawdex jiżviluppa mill-aspett ekonomiku, soċjali, ambjentali u kulturali. Dan filwaqt li jitħares bis-sħiħ l-identita' tipika Għawdxija.
Fl-aħħar mill-aħħar, tenniet il-Ministru għal Għawdex, il-politiku għandu jesprimi sens kbir ta' ringrazzjament lejn il-poplu, għall-appoġġ kontinwu tiegħu.
|