MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

“X'jaf Jason fuq Muscat?”

Nathaniel ATTARD
12 t' Awwissu, 2012  10:23 CET

“L-aħbar li l-eks Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali ma ħadet lil ħadd fil-Lejber b’sorpriża għax dawk midħla kemm tas-Super One fil-Marsa, kif ukoll taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun jafu li Jason hu King kemm fil-Marsa kif ukoll fil-Ħamrun. 

Min hu midħla u jaf sew x’qed jinħema fil-qalba tal-MLP jaf li Jason rebaħ u ddomina sew fuq Muscat u l-għerq ta’ din ir-rebħa jinsab fir-risposta għall-mistoqsija “X’jaf Jason fuq il-mexxej laburista li qed iwassal biex jiddomina fuq Muscat?” 

Hekk sostnew persuni viċin il-Malta Labour Party u li tkellmu ma' dan l-istazzjon.  Jason, żvelaw is-sorsi tagħna, għandu ħakma kbira fuq il-media laburista u dwar min jippreżenta liema programmi u x’messaġġ joħroġ. Dan jgħodd kemm għal programmi mhux politiċi, imma b’mod speċjali għall-programmi politiċi u l-aħbarijiet tas-Super One.

‘Il-King’, kif inhu magħruf Jason, ‘għalkemm m'għadux segretarju ġenerali, u allura jkun iktar il-Marsa milli fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun, għandu għeruq b’saħħithom ħafna fil-Kwartieri tal-Ħamrun u hemm nies prominenti li huma leali ħafna lejh’, qalulna s-sorsi tagħna.

L-istess sorsi spjegaw kif Jason u Muscat ilhom snin twal jafu lil xulxin - sa mill-ewwel ġranet meta Muscat daħal fis-Super One bħala reporter. ‘Jason u Joseph kienu viċin ħafna ta’ xulxin u t-tnejn li huma kienu meqjusa bħala ‘ta’ Sant’. ‘Proprju hi din ir-relazzjoni li tmur lura snin twal li qed tintqies bħala r-raġuni li quddiem l-eks segretarju ġenerali laburista, l-leader iħossu dgħajjef ħafna u Jason qiegħed kull darba jirbaħ fuqu. ‘L-għerq ta’ dan kollu’, qalu s-sorsi ta’ ‘il-Mument’, tinsab fir-risposta għall-mistoqsija ‘X’jaf Jason fuq Muscat ?’.

Intant, hekk kif tħabbar - issa b’mod uffiċjali - li Jason Micallef se jkun kandidat għall-elezzjoni li ġejja, bdew manuvri fil-ħdax il-distrett, partikolarment fil-Mosta, fejn kanvassers ta’ Micallef qed jgħidu li ż-żiemel tagħhom huwa l-King mhux biss tal-Marsa u l-Ħamrun imma issa anke tal-Mosta, bit-tensjoni issa tikkarga, u bdiet tinħass sew, bejn in-nies ta’ Micallef u tad-deputat mexxej laburista Anġlu Farrugia, li jikkontesta u jiġi elett minn dan id-distrett.

Bookmark Print page Email page
“X'jaf Jason fuq Muscat?”
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
Proċess ta' għaqda u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista – Mario de Marco
Taħditiet biex jiċċaqlaq il-monti tal-Belt
L-Oppożizzjoni urtata bin-nuqqas ta' preżenza tal-Prim Ministru
Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
Punti ewlenin
18:29 Persuni li mietu jew diġa' ġew operati fil-listi ta' stennija tal-isptar
21:01 Proċess ta' għaqda u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista – Mario de Marco
21:02 Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
iktar aħbarijiet
21:02 Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
21:01 Proċess ta' għaqda u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista – Mario de Marco
20:24 Taħditiet biex jiċċaqlaq il-monti tal-Belt
20:11 L-Oppożizzjoni urtata bin-nuqqas ta' preżenza tal-Prim Ministru
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
19:36 Bram aktarx il-kawża ta‘ traġedja f’familja
19:33 Il-Hezbollah involuti dejjem aktar fil-kunflitt Sirjan
19:28 Għajnuna mix-xemx kontra l-ażma
19:26 Tispara missila oħra
19:24 Rod Stewart lura fil-klassifika wara 34 sena
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.