MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Xjenza u Teknoloġija
Arti, Divertiment u Kultura
Kurżitajiet
Ewropa
Qorti
Kunsilli Lokali
Parlament
Għawdex
Features
Ekonomija
Avviżi ELCOM
Librerija
sport
Futbol Taljan
Futbol Ieħor
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Aħbarijiet Lokali

Żieda ta' 3,000 persuna taħdem f'Ott.-Diċ. 2011 fuq Ott.-Diċ. 2010


26 ta' Marzu, 2012  10:29 CET
Bookmark Print page Email page

Dawk b'impjieg f'Malta u Għawdex fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet kienu jammontaw b'kollox għal 167,600 li jfisser żieda ta' 3,000 persuna jaħdmu fuq l-aħħar tliet xhur tal-2010.

Dan johrog mil-Labour Force Survey li kien ippubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u  li juri wkoll kif din iż-żieda fl-impjiegi fuq perjodu ta' sena hija ta' 2%.

Dawn iċ-ċifri tal-NSO ifissru li bejn Ottubru u Dicembru 2011, 75 persuna minn kull mija fil-gżejjer Maltin li għandhom bejn 15 u 64 sena, kellhom impjieg. Dan ifisser zieda kemm fost l-irgiel kif ukoll fost in-nisa.

Mil-Labour Force Survey johrog ukoll li anke l-qgħad naqas fuq perjodu ta' sena.  Filwaqt li fl-ahhar kwart tas-sena li għaddiet kien fil-livell ta' 6.6% fl-ahhar tliet xhur tal-2010 kien jammonta għal 6.8% - tnaqqis ta' zero punt tnejn fil-mija.

Filwaqt li r-rata tal-qgħad f'dan il-kaz tinhadem u tkun ibbazata fuq mistoqsija li ssir fi stħarriġ u kull min jgħid li qed ifittex xogħol ġdid, anke jekk diga' qed jaħdem, jiġi inkluż, dik uffiċjali tal-qgħad li joħroġ l-istess NSO tinħadem fuq min qed jirreġistra għax-xogħol mal-ETC għax mgħandux impjieg.  Din tal-aħħar fil-fatt hi inqas, u turi li realment dawk jirreġistraw għax-xogħol f'Malta jinsabu fil-livell ta' 6,000 persuna, u mhux 12,000 kif joħroġ minn dan l-istħarriġ.

Il-Labour Force Survey jagħti ħarsa wkoll lejn is-salarji u jsib li fl-aħħar tliet xhur tal-2011 il-paga medja f'Malta kienet tammonta għal €15,013 li jfisser zieda ta' aktar minn hames mitt ewro fis-sena mill-paga medja ta' €14,452 fl-ahhar tliet xhur tas-sena ta' qabel. Dan l-ammont ma jnkludix hlasijiet ta' overtime, bonuses u allwoances.  L-ogħla sarji kienu fis-settur tas-servizzi finanzjarji, dak tal-proprjeta' is-settur tal-kiri u s-settur tal-kummerċ.

Żieda ta' 3,000 persuna taħdem f'Ott.-Diċ. 2011 fuq Ott.-Diċ. 2010
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
'Inċident li seraqli d-dinjita' - Edward Cremona
Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
Il-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
Persuni jsofru ġrieħi f'żewġ inċidenti separati
Jingħata bidu għan-Novena tal-Ħniena Divina
Punti ewlenin
12:49 Mixja b'risq Puttinu Cares
13:34 Mara l-isptar wara xokk, x'aktarx kawża ta' sajjetta
10:46 Il-Papa Franġisku imdawwar mill-morda u persuni b'diżabilita'
12:31 Żieda ta' passiġġieri bejn Malta u Għawdex
iktar aħbarijiet
20:11 'Inċident li seraqli d-dinjita' - Edward Cremona
19:36 Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
19:20 Il-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
18:19 Persuni jsofru ġrieħi f'żewġ inċidenti separati
17:42 Jingħata bidu għan-Novena tal-Ħniena Divina
17:09 Uffiċċjali jgħassu tajra protetta
16:40 Taljana tittajjar fil-Belt Valletta
16:27 Mijiet jimxu mat-tradizzjoni tas-Seba' Visti
15:04 Ikomplu ix-xejriet varji fis-swieq finanzjarji internazzjonali
14:02 Tinstab pjaneta li tixbaħ id-dinja
Editorjal

Tliet voti konsistenti

Tliet voti konsistenti
Opinjoni

Taqbel mad-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jaħżen il-gass fil-bajja ta' Marsaxlokk?

Iva
Le
Ma nafx