maltarightnow.com
6 t' April, 2012
11:54 CET |
BEIRUT - Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon qal li s-sitwazzjoni fis-Sirja qed tiħrax u l-attakki fuq iċ-ċivili mhux qed jonqsu. Dan minkejja r-rassigurazzjonijiet mid-Damasku li t-truppi qed jirtiraw skont il-pjan internazzjonali għall-paċi.
TOKYO - Il-Ministru Ġappuniż tal-Kummerċ, Yukio Edano, saħaq li l-Ġappun għandu jnaqqas id-dipendenza tiegħu mill-enerġija nukleari dan hekk kif il-gvern Ġappuniż beda d-diskussjonijiet dwar l-użu mill-ġdid tal-impjanti nukleari li ngħalqu wara l-inċident ta' Fukoshima.
CARACAS - Il-president Veneżweljan Hugo Chavez beka u talab lill-Alla biex iħallih jgħix iktar, waqt quddiesa ta' qabel l-Għid, wara r-ritorn tiegħu mill-aħħar trattamenti tal-kanċer f'Kuba.
VATIKAN - Il-Papa Benedittu Sittax reġa' saħaq li l-Knisja Kattolika mhix se taċċetta nisa' qassisin u wissa' li mhux se jittollera diżubbidjenza tal-kleru fit-tgħalim fundamentali tal-knisja.
PREZZ TAL-IKEL - Il-prezz globali tal-ikel madwar id-dinja tela' fix-xahar ta' Marzu għat-tielet xahar konsekuttiv bi tbassir ta' aktar żidiet skont l-agenzija tal-ikel tan-Nazzjonijiet Uniti li qanqlet biżgħat ta' ġuħ u rewwixti f'pajjiżi foqra.
|